Id-data personali kollha miġbura miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.

Bħala prinċipju ġenerali, is-Cedefop jipproċessa biss data personali għat-twettiq tal-kompiti mwettqa fl-interess pubbliku fuq il-bażi tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament (UE) 2019/128 tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali jew fl-eżerċizzju leġittimu ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lis-Cedefop jew lil parti terza li lilha tiġi ddivulgata d-data.

L-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali jiġu debitament innotifikati lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-Cedefop u, jekk ikun il-każ, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Drittijiet tas-suġġetti tad-data

Is-suġġetti tad-data, jiġifieri l-persuni fiżiċi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata, għandhom ċerti drittijiet skont ir- Regolament (UE) 2018/1725. B’mod partikolari, is-suġġetti tad-data huma pprovduti dawn id-drittijiet li ġejjin, (skont l-Artikoli 16 sa 24 tar-Regolament):

  • Id-dritt li jiġu infurmati bi kwalunkwe pproċessar tad-data personali tagħhom, inkluża informazzjoni dwar il-kontrollur (li jkun responsabbli mill-ipproċessar), l-iskop u l-bażi ġuridika, it-tipi ta’ data li qed tiġi pproċessata, ir-riċevituri tad-data, il-limiti ta’ żmien għall-ipproċessar, kif ukoll trasferimenti possibbli ta’ data personali lil pajjiżi terzi;
  • Id-dritt ta’ aċċess għad-data personali tagħhom, inkluża informazzjoni dwar l-iskop tal-ipproċessar tad-data, it-tipi ta’ data, ir-riċevituri tad-data, il-limiti ta’ żmien, kif ukoll it-trasferimenti possibbli ta’ data personali lil pajjiżi terzi;
  • Id-dritt li d-data tagħhom tiġi rrettifikata (korretta) meta ma tkunx preċiża jew kompluta;
  • Id-dritt li f’ċerti ċirkostanzi d-data tiġi mħassra (“dritt li tkun minsija”) (eż. meta d-data ma tkunx għadha meħtieġa għall-iskop li għalih tkun inġabret);
  • Id-dritt li f’ċerti ċirkostanzi l-ipproċessar ta’ data personali jiġi limitat (eż. meta l-preċiżjoni tad-data tiġi kkontestata);
  • Id-dritt li f’ċerti ċirkostanzi l-ipproċessar tad-data personali jiġi oġġezzjonat;
  • Id-dritt li ma jkunux soġġetti għal deċiżjoni bbażata biss fuq proċessar awtomatizzat, inkluż tfassil ta’ profili, li tipproduċi effetti legali rigward is-suġġett tad-data jew b’mod smili taffettwa b’mod sinifikanti lilu jew lilha.

Restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data

F’ċerti każijiet, bis-saħħa tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u tar-Regoli Interni stabbiliti skont id-Deċiżjoni 6/2020 tal-Bord tat-Tmexxija tas-Cedefop, wieħed jew aktar mid-drittijiet tas-suġġetti tad-data jistgħu jiġu ristretti għal perjodu ta’ żmien temporanju, inter alia, abbażi tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew raġunijiet applikabbli oħra (kif stabbilit fir-Regoli Interni).

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara wkoll: il-gwida tal-EDPS dwar l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725

Is-suġġetti tad-data jistgħu jikkonsultaw f’kull ħin lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-Cedefop jew jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Kuntatt

Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data ta’ Cedefop Data-Protection-Officer@cedefop.europa.eu
Mr. Jesus Bustamante
Tel: (+30) 2310490170

Indirizz postali:
CEDEFOP
Data Protection Officer
EUROPE 123
'SERVICE POST'
GR - 570 01 Thermi

Kontrollur Ewropew tal-protezzjoni tad-data edps@edps.europa.eu
Mr Wojciech Wiewiórowski,  Acting Supervisor

Tel. +32 22831900, Fax +32 22831950
http://www.edps.europa.eu/

Records register

Tniżżil

RECORD - DCM - Library Management System and VET-Bib database

EN

RECORD - DCM - Organisation of Events (physical, virtual or hybrid)

EN

Privacy statement – DCM - Organisation of Events (physical, virtual or hybrid)

EN

RECORD - DCM - Restaurant Cashless POS System

EN

RECORD - DCM - Plagiarism detection service using Turnitin iThenticate

EN

Privacy statement - Plagiarism detection service using Turnitin iThenticate

EN

RECORD - DCM - Requests for public access to documents

EN

Privacy Statement on Requests for public access to documents

EN

RECORD - DCM - Web Portal Registration - CRM

EN

RECORD - DIR - Publication of personal data of Management Board members in Cedefop web portal

EN

RECORD - DRS/ICT - Atlassian cloud software (Trello, Jira, Confluence, Access)

EN

Privacy statement - Atlassian cloud software (Trello, Jira, Confluence, Access)

EN

RECORD - DRS/ICT - Electronic Signatures

EN

RECORD - DRS/ICT - Microsoft 365 Documents, Records management and Collaboration

EN

RECORD - DRS/ICT - Voice - video calling and instant messaging using MS Teams

EN

Privacy statement - Voice - video calling and instant messaging using MS Teams

EN

RECORD - DRS - Reimbursement of travel expenses – for non-staff members

EN

Privacy statement - Reimbursement of travel expenses - for non-staff members

EN

RECORD - DRS - Transfer of Cedefop staff data to the European Commission and other EUIBAs

EN

Privacy statement - Transfer of Cedefop staff data to the European Commission and other EUIBAs

EN

RECORD - DVS - Expert Networks

EN

Privacy Statement - Expert Networks

EN

RECORD - DVS - Requests for Cedefop datasets

EN

Privacy Statement - Requests for Cedefop datasets

EN

RECORD - FAC - Access control to premises

EN

RECORD - FAC - Video Surveillance CCTV

EN

RECORD - FINANCE - Third Party Records

EN

RECORD - HR - Administrative inquiries and disciplinary procedures

EN

RECORD - HR - Appeals procedure

EN

Privacy statement - Appeals procedure

EN

RECORD - HR - Career Development Review

EN

RECORD - HR - End of probation period reports

EN

RECORD - HR - Execution of the salary payments based on staff entitlements

EN

RECORD - HR - Health data and medical files

EN

RECORD - HR - Informal procedure within the context of anti-harassment policy and selection of confidential counsellors

EN

RECORD - HR - Leave management

EN

RECORD - HR - Promotion procedure

EN

RECORD - HR - Recording of working hours and flexitime administration

EN

RECORD - HR - Removals

EN

RECORD - HR - Selection and recruitment of Temporary Agents (TAs) and Contract agents (CAs)

EN

RECORD - HR - Staff Engagement Survey

EN

RECORD - HR - Traineeship grant

EN

RECORD - HR - Traineeship selection and traineeships

EN