About Tqabbil tal-ħiliet u l-impjiegi

L-ispariġġ fil-ħiliet iġib miegħu spejjeż sinifikanti tal-produttività u tal-benesseri għall-individwi, għad-ditti u għall-ekonomiji.  L-ispariġġ huwa ħafna aktar minn indikatur ta’ kemm il-VET inizjali huwa effettiv fl-iżgurar ta’ tranżizzjonijiet ta’ kwalità tajba mill-iskola għax-xogħol. Fis-soċjetajiet tal-għarfien, it-tqabbil tal-ħiliet ma’ ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li qed jinbidlu huwa proċess dinamiku li jirrikjedi rispons kontinwu tal-VET.

Ir-riċerka u l-analiżi tagħna jiffukaw fuq id-demarkazzjoni u l-kejl ta’ diversi tipi ta’ spariġġ fil-ħiliet. L-istħarriġ Ewropew dwar il-ħiliet u l-impjiegi u t-tagħlim fix-xogħol tas-Cedefop jippermetti fehim aktar profond tat-tipi, tal-ixprunaturi u tal-ispejjeż tal-ispariġġ fil-ħiliet. Aħna niġbru wkoll eżempji tajbin ta’ politiki u prattiki tat-tqabbil tal-ħiliet.